Servizz tas-sħab għall-applikanti

Kumpaniji, konsorzji, assoċjazzjonijiet tal-industrija u kumpaniji ta' konsulenza huma mistiedna jużaw is-servizz tal-imsieħba għall-applikanti biex isibu sieħeb adatt għall-applikazzjonijiet ta' awtorizzazzjoni tagħhom. Anke kumpaniji li għandhom sostituti possibbli jistgħu jużaw dan is-servizz.

Tista' tuża s-servizz b'żewġ modi:

  1. tista' ssib l-identità u d-dettalji ta' kuntatt ta' applikanti potenzjali, informazzjoni dwar is-sustanzi, l-użijiet, ir-rwol fil-katina ta' forniment u t-tip ta' kollaborazzjoni li qed tfittex;
  2. tista' żżid l-informazzjoni tiegħek biex b'hekk oħrajn ikunu jistgħu jikkuntattjawk. L-informazzjoni kollha pprovduta f'din il-formola se tkun disponibbli għall-pubbliku.

L-użu ta' dan is-servizz huwa limitat għas-sustanzi fil-Lista ta' Awtorizzazzjoni (Anness XIV ta' REACH) u s-sustanzi li huma rrakkomandati għall-inklużjoni fil-Lista ta' Awtorizzazzjoni.

Esprimi l-interess tiegħek

Fill in the webform 

Niżżel il-lista ta' kuntatti

Jiena qrajt u aċċettajt l-avviż legali  u d-dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà.

Contact list [XLSX]

Ċaħda ta' responsabbiltà u Termini ta' kondizzjonijiet

L-utenti ta' dan is-servizz jaċċettaw li l-informazzjoni hija pprovduta mill-ECHA kif inhi. L-ECHA ma tagħtix garanzija tal-awtentiċità u l-eżattezza tal-informazzjoni pprovduta. L-ECHA lanqas ma tivverifika jekk l-informazzjoni pprovduta hijiex aġġornata. Jekk jogħġbok innota li l-inklużjoni fil-lista m'għandhiex tinftiehem bħala approvazzjoni jew assigurazzjoni tal-kwalità f'isem l-ECHA għal kwalunkwe informazzjoni jew servizz offruti mill-utenti ta' dan is-servizz. L-utenti li jużaw l-informazzjoni jaqblu li, l-ECHA m'għandhiex tinżamm responsabbli minn kwalunkwe ħsara li l-pubblikazzjoni jew l-użu ta' din l-informazzjoni jistgħu jikkawżaw lil min jissottometti l-informazzjoni, l-utent tas-servizz jew partijiet terzi. Informazzjoni ppubblikata tista' titneħħa mill-ECHA fuq inizjattiva proprja jew fuq talba ta' min jissottemetti l-informazzjoni mibgħuta fl-indirizz elettroniku li ġej: data-protection-officer (at) echa.europa.eu.